29 persuna weġġgħu s-Sibt filgħaxija meta barrikata fi stadium f’Amiens krolla, wara li l-partitarji ta’ Lille kienu qed jiċċelebraw il-gowl tat-tim tagħhom. Huma resqu fuq quddiem taċ-ċint, fi grawnd ta’ tim li għadu kemm ġie promoss fil-Ligue 1.
Ir-referee tal-logħba ssospenda fis-16-il minuta hekk kif il-ħaddiema tal-emerġenza marru jiġru biex jagħtu l-għajnuna, bil-logħba tkun abbandunata. Erba’ mid-29 feruti, weġġgħu serjament, b’uħud minnhom jaqgħu sa ħames piedi.
L-istadium ta’ Amiens hu l-iżgħar wieħed mill-20 tim tal-Ligue 1, fejn jesa’ 12,000 spettatur. Bħalissa qed isiru xogħlijiet biex dan l-istadium ikollu standard aħjar. Il-President tal-klabb Bernard Joannin ċaħad l-idea li kien hemm problema bil-barrieri.
//= $special ?>