Lokali

Eks Viċi President tal-Parlament Ewropew iżżur Malta

Silvana Koch-Mehrin, eks Viċi President tal-Parlament Ewropew, tinsab f’Malta din il-ġimgħa bħala parti minn workshop interattiv ma’ nisa żgħar sabiex tħeġġiġhom jikkunsidraw karriera fil-politika filwaqt li jaraw futur ta’ tmexxija.

Koch-Mehrin, fundatriċi tal-Women Political Leaders Global Forum (WPL) ħa tkun qed taħdem mal-President’s Foundation of the Wellbeing of Society sabiex toħloq paviment għal diversi opportunitajiet ta’ servizzi politiċi.  Dan qabel il-kampanja Girl2Leader li mistennija titneda madwar id-dinja fil-11 ta’ Ottubru, il-jum internazzjonali tat-tfal bniet.

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca hija mhux biss il-patruna iżda ukoll l-ambaxxatriċi tal-kampanja Girl2Leader, filwaqt li qed taħdem bis-sħiħ sabiex il-workshops għal dawn in-nisa żgħar ikunu dejjem ispirati jkunu attivisti politiċi.

Il-President Coleiro Preca sostniet li n-nisa għandhom dejjem jiġu inkoraġġati jgħatu l-kontribut tagħhom lejn governanza tajba li twassal għall-kultura ta’ paċi pożittiv. Sfortunatament l-influwenza pożittiva fuq in-nisa għadha limitata filwaqt li 22 fil-mija biss mill-Membri Parlamentari huma nisa. Dan l-iżbilanċ iwassal għal impatt fuq il-mod ta’ kif jiġu implimentati ċertu strateġiji u policies.

Bejn it-Tnejn u l-Erbgħa li ġej, Koch-Mehrin ser tkun qed titkellem ma’ nisa li jattendu l-Università ta’ Malta, l-MCAST ta’ Malta u Għawdex, Sir M.A. Refalo Sixth Form  f’Għawdex, u Giovanni Curmi Higher Secondary.

Il-messaġġ tagħha huwa sabiex tfakkar lin-nies li kemm in-nisa kif ukoll il-bniet huma kontribut essenzjali għal pajjiżna.