Grupp ta’ tobba u infermiera Maltin rebħu kompetizzjoni internazzjonali fil-qasam mediku, f’teknika ta’ salvataġġ magħrufa bħala CPR – teknika li tintuża biex terġa’ tħaddem il-qalb f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza.
Fil-Ġermanja, dan il-grupp ta’ Maltin attendew għall-Kungress tal-European Resuscitation Council – fejn fost id-diversi okkażjonijiet, tiġi organizzata din il-kompetizzjoni. Din hi l-ewwel darba li pajjiżna rebaħ dan l-unur, fejn irnexxielu jegħleb timijiet oħra fil-finali minn pajjiżi bħal Ġermanja u l-Ingilterra.
Ara l-wirja tal-grupp Malti fil-video hawn taħt:
It-tim Malti li rebaħ din il-kompetazzjoni kien kompost minn Dr Anne Marie Camilleri Podesta, Dr Krista Calleja, Dr Chris Gauci, l-Infermier fid-Dipartiment tal-Emerġenza Mark Gauci, u Dr Josef Zahra.
Il-ġurija tal-kompetizzjoni jagħtu l-punti mhux biss fuq l-essebizzjoni u l-ħin li jkunu għamlu s-CPR, iżda anke fuq il-komunikazzjoni bejn t-tim li jkun qed jikkompeti. It-tim mediku f’isem il-Malta Resuscitation Council, ried juża t-teknika tas-CPR sabiex jemita sitwazzjoni reali daqs li kieku hemm persuna li qegħda titlef ħajjitha quddiemhom.
NET News għamel kuntatt ma’ Dr Tanya Esposito, li wkoll flimkien ma’ Dr Jonathan Joslin ingħataw l-unur mill-għola mill-Kunsill Ewropew tas-servizz tagħhom fil-qasam mediku:
Dr Tanya Esposito rringrazzjat lil kull min kien ta’ għajnuna f’din l-esperjenza tagħhom fil-Ġermanja – partikolarment lill-Prof. Simon Attard Montaldo u l-istaff ta’ Mater Dei kollu.
Intant il-Ħadd filgħodu ġewwa Buġibba grupp ta’ studenti għamlu dimostrazzjoni lill-pubbliku sabiex iqajmu aktar kuxjenza dwar kif wieħed għandu jagħmel is-CPR.
//= $special ?>