Internazzjonali

Jum ir-Referendum: Inċidenti fit-toroq ta’ Barċellona

Inċidenti fit-toroq ta’ Barcellona fi Spanja. Dan hekk kif il-pulizija interveniet bil-forza biex twaqqaf in-nies milli jmorru jivvutaw f’referendum dwar l-indipendenza tar-reġjun tal-Katalonja.

Quddiem xi postijiet tal-votazzjoni, il-Pulizija saħansitra sparat il-ballal tal-lastku biex tferrex il-follol u kien hemm in-nies midruba.

Ir-referendum kien dikjarat kontra l-liġi mill-Qorti Kostituzzjonali Spanjola u l-Gvern Spanjol bagħat kontinġent kbir ta’ Pulizija lejn ir-reġjun, speċjalment f’Barċellona, biex iwaqqaf il-vot.