Il-leġislazzjoni li tipprojbixxi l-ilbies, fil-pubbliku, tal-velu li jgħatti l-wiċċ kollu għan-nisa Musulmani saret effettiva fl-Awstrija.
Il-Gvern fi Vjenna qal li l-liġi – fis-sens li l-wiċċ ta’ persuna irid ikun viżibbli ‘mill-bidu tax-xagħar sal-geddum’ – għandha l-għan biex tipproteġi l-valuri tal-Awstrijaċi.
Il-liġi, intant, daħlet fis-seħħ qabel l-elezzjoni ġenerali tal-Awstrija li se ssir ‘il quddiem dan ix-xahar u meta l-osservaturi mhumiex jeskludu kisbiet għall-Partit tal-Ħelsien tal-lemin estrem.
Intant, il-gruppi tal-Musulmani kundannaw din il-liġi u qed jgħidu li hi biss minoranza żgħira ta’ Musulmani Awstrijaċi li jilbsu l-velu għall-wiċċ kollu.
Il-liġi fl-Awstrija tipprojbixxi l-veli tal-Musulmani bħall-burka u n-niqab, waqt li, fl-istess ħin, tirrestrinġi l-użu ta’ maskli tal-wiċċ għall-iskopijiet mediċi u ‘l-irtokk tipiku għal persuni li jridu jinterpretaw il-parti ta’ buffu’ fil-pubbliku.
//= $special ?>

