Lokali

Minn għada tibda skeda ġdida fuq NET Television

Jiżżanżnu studios ġodda għal NET News

NET News se jkun qed iżanżan studio ġdid għall-aħbarijiet, hekk kif mit-Tnejn tibda skeda ġdida fuq NET Television, b’impenn imġedded biex il-kamra tal-aħbarijiet ta’ NET News tibqa’ twassal l-aktar aħbarijiet li jolqtu lit-telespettaturi.

Apparti l-istudios ġodda ta’ NET News, se jiżżanżnu wkoll studios ġodda għal numru ta’ programmi oħra, fosthom NET Live, programm ukoll bi produzzjoni tal-Kamra tal-Aħbarijiet, bi preżentazzjoni ta’ Robert Cremona u Lisa Spiteri, li se jkun qed jiddiskuti temi attwali u li jolqtu lit-telespettaturi direttament.

Produzzjoni oħra bil-kontribut tal-Kamra tal-Aħbarijiet se jkun il-programm ‘Newsroom’, bi preżentazzjoni ta’ Norman Vella, u li se jkun qed jitratta suġġetti ta’ interess politiku f’aktar dettall.

Imma l-iskeda l-ġdida se tkun tinkludi wkoll programmi sportivi, kulturali, ta’ divertiment u ta’ għarfien.

Naturalment ma jonqsux programmi ġodda fl-iskeda ta’ NET Television, fosthom ‘Tentufiet’, programm li fih se jispikkaw il-ħsejjes; u l-programm ‘Fejn Għexna’, li jlaqqa lill-udjenza ma’ persuni minn oqsma differenti tal-ħajja, ilkoll b’xi esperjenza differenti x’jirrakkuntaw.

Programmi ġodda oħra, fossthom ‘Anki Jien Għandi x’Nuri” u “Sqallija ma’ Ron”. Il-programm ġdid ‘Bejn Tnejn’ se jibda jlaqqana ma’ mistednin distinti, waqt li l-programm ‘Week & More’ se jkun qed joffri doża ta’ divertiment kull nhar ta’ Ħadd.

Programmi oħra li kibru fl-aħħar snin fuq NET Television jirritornaw, fosthom is-serje Santa Monika kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa fit-8.30 ta’ filgħaxija. Programmi oħra huma ‘Life & Style’, ‘Fuq Net’, ‘Il-Festa’, ‘Bakers’ Kitchen’, ‘Meander’, ‘The Entertainers’, ‘Replay’, ‘Wheelspin’, ‘Sport Extra’, ‘Iswed fuq l-Abjad’, ‘Replay Preview’, ‘Sibt Flimkien’, ‘Jekk Jogħġobkom’, ‘Wedding Plan’, ‘Immaġini’, ‘Analiżi’, ‘SOS Pets’, ‘Road Trip’ u ‘Gateway to Miss World’.