Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia kompla jiltaqa’ man-nies fil-każini u t-toroq. Din id-darba kien imiss lil Adrian Delia li jżur il-loktalità ta’ Tas-Sliema.
Fl-ewwel waqfa tiegħu, Adrian Delia mar il-każin tal-Partit Nazzjonalista f’Tas-Sliema, u wara reħielha lejn il-kafetterija Giorgio’s, fejn hemmek ħa kafè waqt li kompla jiltaqa’ man-nies li nzertaw kienu għaddejjin.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista ilu għal dawn l-aħħar tliet ġimgħat iqatta’ l-ewwel nofstanhar tal-Ħadd filgħodu jdur il-każini u jiltaqa’ man-nies, impenn ċar li tkellem dwaru diversi drabi. Pereżempju nhar il-Ħadd li għadda, Adrian Delia dar il-każini tas-seba’ distrett, jiġifieri l-każini ta’ Ħaż-Żebbuġ, tar-Rabat, ta’ Ħad-Dingli u tal-Imġarr.
Mill-għada tal-ġurnata li fiha kien elett bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia beda jdur il-lokalitajiet biex jiltaqa’ man-nies. Hu kien insista li din il-politika li jrid imexxi – bilqiegħda man-nies, għax il-Partit Nazzjonalista għandu jkun qalb in-nies u tan-nies.
F’Tas-Sliema, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia kien akkumpanjat minn diversi deputati, fosthom id-Deputat David Agius, id-Deputat Robert Arrigo, id-Deputat Kristy Debono, id-Deputat Marthese Portelli kif ukoll l-eks Deputat Jean Pierre Debono.
//= $special ?>