Futbol Sport

Roma jegħlbu lil Milan f’San Siro

Edin Dzeko jifraħ ma' Alessandro Florenzi wara li fetaħ l-iskor (Ritratt: EPA)

Roma kisbu l-ħames rebħa minn sitt logħbiet fil-kampjonat, b’rebħa f’San Siro ta’ 2-0 fuq Milan. Din it-telfa kompliet tpoġġi aktar pressjoni fuq il-kowċ ta’ Milan Vincenzo Montella hekk kif Milan sofrew it-tielet telfa fil-kampjonat.

Milan kellhom ħafna mill-pussess matul il-logħba iżda ma rnexxielhomx isibu x-xibka. Kienu Roma li fit-72 minuta fetħu l-iskor meta kien l-attakkant EDIN DZEKO li b’xutt li kien imxellef għeleb lil Donnarumma b’konklużjoni fir-rokna. Milan pruvaw iwettqu reazzjoni, iżda Roma għalqu l-logħba ħames minuti wara b’gowl ta’ ALESSANDRO FLORENZI.