It-tim ta’ HSBC, b’iktar minn 50 impjegat taw il-kontribut tagħhom sabiex jgħinu lil Dr Klown. Kienu ħafna li ġrew, għamu, qadfu u mxew f’Għawdex u Malta bħala parti mill-attività HSBC Challenge 2017. Din l-attività ta’ karità saret bil-għan li tnissel tbissima fuq wiċċ it-tfal permezz tal-fondi miġbura b’risq l-organizzazzjoni mhux għall-qligħ (NGO) Dr Klown.
L-attività bdiet minn Għawdex b’għawma ta’ 6km minn Ħondoq ir-Rummien saċ-Ċirkewwa. Għawma iqsar ta’ 2km bdiet minn Kemmuna. L-Aħrax tal-Mellieħa serva bħala sfond għal ġirja ta’ 10km jew 5km. Il-qadfa ta’ 50km jew oħra ta’ 15km saru fl-inħawi pittoreski tal-Imġarr. Mixja ta’ 5km wasslithom fl-inħawi ta’ Paradise Bay fejn intlaqgħu b’entużjażmu miċ-Chief Risk Officer (CRO) ta’ HSBC Malta Joyce Grech u uffiċjali għolja tal-bank flimkien ma’ membri tal-familji u kollegi tagħhom.
Is-somma li nġabret mill-parteċipanti żdiedet mal-ammont li nġabar minn attività oħra ta’ ċikliżmu organizzata minn grupp ta’ impjegati ta’ HSBC fit-30 ta’ Marzu. Parti mill-għotja ser tintuża biex ikunu stampati u mqassma karti tal-logħob ta’ Dr Klown biex jingħataw lit-tfal waqt iż-żjarat tal-‘Klowns’ fl-isptar.
Imwaqqfa fl-2010, Dr Klown għandha l-għan li toffri servizzi ta’ tabib ‘buffu’ fl-Isptar Mater Dei. Dan bil-għan li jagħmel l-isptar iktar esperjenza ferriħija. Il-volontiera jgħaddu minn programm speċjalizzat ta’ taħriġ inkluż l-iżvilupp ta’ ħiliet artistiċi kif ukoll appoġġ u taħriġ psikoloġiku.
Din hi s-seba’ darba li l-HSBC Challenge kienet organizzata. Il-Fondazzjoni HSBC Malta u l-Kumitat tal-Isports u Attivitajiet Soċjali tal-Bank ħadu ħsieb l-organizzazzjoni.
//= $special ?>