Lokali

Wara żmien nistennew ix-xita, fl-aħħar waslet

Wara żmien twil ta’ stennija, qed jiġi mbassar li għada l-gżejjer Maltin mistennija jintlaqtu mill-maltemp. Dan wara osservazzjoni ta’ pressjoni baxxa lejn l-Afrika ta’ Fuq li għandha timxi lejn iċ-ċentru tal-Mediterran matul il-lejl. Dan kien previst minn FirstMalta.com.

Għalkemm m’għandiex tolqot lil Malta bl-istess intensita’ tat-Tunezija u l-Mediterran, xorta waħda għandna nistennew xita u ragħad matul il-jum.

Il-mappa turi l-livelli tax-xita imbassra skont is-sistema GFS (Global Forecasting System).