Futbol Sport

FUTBOL – Ribery tliet xhur barra

Il-winger ta’ Bayern Munich Franck Ribery mistenni jdum madwar tliet xhur barra mill-azzjoni wara li ċarrat xi ligamenti f’irkopptu fil-partita tal-Ħadd li għadda kontra Hertha Berlin.

Din hi daqqa ta’ ħarta kemm għal Ribery kif ukoll għal Bayern li bħalissa għaddejin minn mument diffiċli.

Huma jinsabu ħames punti taħt il-liders Borussia Dortmund. Il-logħba kontra Berlin kienet l-ewwel waħda mingħajr il-kowċ Carlo Ancelotti li tkeċċa matul il-ġimgħa li għaddiet.

Ta’ min jiftakar ukoll li Bayern bħalissa qegħdin ukoll mingħajr il-gowlkiper Manuel Neuer li se jdum barra sa Janna li ġej wara li kiser siequ.