Lokali

“Hands off Żonqor” – Kamp Emerġenza Ambjent

Attivisti u organizzazzjonijiet involuti fil-Kamp Emerġenza Ambjent organizzaw barbecue ż-Żonqor, Wied il-Għajn, ilbieraħ sabiex japprezzaw dak li se jkun qed jintilef jekk il-proġett tal-American University of Malta (AUM) jiġi approvat. Banner kbir bil-kliem “Hands Off Żonqor” infetaħ waqt din l-inizjattiva. Residenti ta’ Wied il-Għajn u lokalitajiet viċin qed ukoll iwaħlu slogans sabiex juru l-oppożizzjoni tagħhom għall-qerda t’ambjent naturali f’Wied il-Għajn (ara r-ritratti mehmuża). In-nies jistgħu jibagħtulna email fuq info@kampemergenzaambjent.org  sabiex ngħaddulhom wieħed minn dawn l-islogans (għandna verżjoni bil-Malti u oħra bl-Ingliż). Ninkoraġġixxu lin-nies sabiex joħolqu wkoll l-banners jew l-islogans tagħhom u jdendluhom mad-dar.

Wara li l-Parlament approva t-trasferiment t’art pubblika lil Sadeen fl-2015, issa hemm applikazzjoni quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (PA) sabiex fuq art naturali fiż-Żonqor tinbena struttura privata kbira daqs żewġ grounds tal-football u nofs.

 

Il-Kamp Emerġenza Ambjent se jkun qed jagħmel ħiltu kollha sabiex din l-applikazzjoni ma tiġix approvata.

Tags