Lokali Parlament

Il-Parlament isellem lil Albert Borg Olivier de Puget

Il-Parlament sellem il-memorja tal-ex deputat Nazzjonalista u ex Ambaxxatur Malti Albert Borg Olivier de Puget, li kien deskritt bħala politiku ta’ viżjoni għal Malta fejn jenfażizza l-importanzata l-istabbiltà politika bejn żewġ partiti.

It-tislima lil Albert Borg Olivier de Puget ingħatat b’diskorsi mill-Ispeaker Anġlu Frarugia, mid-Deputat Prim Ministru Chris Fearne u mill-Viċi-Kap tal-PN Mario de Marco fil-preżenza ta’ familjari ta’ Albert Borg Olivier de Puget. Kif isir f’dawn l-okkażjnijiet il-Parlament ippubblika fuljett li jinkludi l-ewwel diskors parlamentari ta’ Borg Oliver de Puget fl-1966.

Id-Deputat Prim Ministru Chirs Fearne sellem lill-ex ambaxxatur u ex deputat Albert Borg Oliver de Puget u qal li de Puget kien elett deputat għal 15-il sena. Hu kien membru attiv fil-parlament u kien anki l-Whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista kemm mill-Gvern kif ukoll mill-Oppożizzjoni. Albert Borg Olivier de Puget kien inħatar Maġistrat u anki Ambaxxatur għal Malta f’Pariġi u f’Washington.

Il-Viċi-Kap tal-PN Mario de Marco qal li Borg Olivier de Puget ġej minn familja politika illustri tal-pajjiż. Hu qal li Borg Olivier de Puget ikkontribwixxa fil-politika, fil-ġudikatura u bħala diploamtika. F’dawn it-tliet setturi Borg Olivier de Puget serva b’mod tajjeb ħafna lill-pajjiż u ħalla l-impronta tiegħu. Mario de Marco qal li Borg Olivier de Puget kien ukoll il-President tas-Soċjetà La Vallette u kien attiv bħala student fosthom bħala President tal-MŻPN. Dan filwaqt li ta wkoll kontribut ġurnalistiku bħala editur ta’ gazzetti tal-PN.

Il-Viċi Kap tal-PN kompla li Borg Olivier de Puget kien elett fl-1966 u serva sal-1981. Hu rrifera għall-ewwel diskors ta’ Borg Olivier de Puget fil-parlament fl-1966 u qal li f’dan id-diskors hu kien enfażizza l-importanza tal-istabbiltà politika bejn żewġ partiti.

Mario de Marco kompla li llum fil-parlament llum hawn tliet partiti li ma jnaqqsu xejn mill-istabbiltà politika iżda jagħtu opportunità ta’ opinjonijiet differenti. Borg Olivier de Puget kien tkellem ukoll dwar l-isfidi tal-pajjiż fl-1966, ftit wara li Malta ħadet l-Inidpendenza, fejn il-Gvern Nazzjonalista diġà kellu viżjoni għall-futur f’diversi setturi fosthom il-port ħieles.

Mario de Marco semma t-tmeninijiet, fejn fl-1983, Borg Oliver de Puget kien maħtur ġudikant fl-1983 mill-Gvern Laburista. Fl-1987 hu nħatar ambaxxatur għal Franza, Spanja u l-Portugall u anki għall-Istati Uniti u l-Kanada.