Internazzjonali

Jibdew jitħabbru n-Nobel

Mit-Tnejn bdew jitħabbru r-rebieħa tal-Premju Nobel fil-varji kategoriji tiegħu għal din is-sena. L-ewwel wieħed li għandu jitħabbar hu dak fil-Mediċina.
Il-Premju din is-sena ntrebaħ minn tliet xjentisti Amerikani, Jeffrey Hall, Michael Rosbash u Michael Young, li skoprew kif il-ġisem tal-bniedem jagħraf il-ħin – magħruf bħala l-body clock, jew is-circadian rhythm. Dan ir-ritmu bijoloġiku jwassal biex il-bniedem jorqod bil-lejl. Dan ukoll iwassal għal bidliet kbar fil-modi kif iġib ruħu ġisem il-bniedem.

agħfas il-link għall-istqarrija tal-Kumitat Nobel

Tul din il-ġimgħa kollha jkunu qed jitħabbru l-Premju Nobel f’kategoriji varji. Il-wieħed l-aktar mistenni – il-Premju Nobel għall-Paċi – għandu jitħabbar nhar il-Ġimgħa. Din is-sena, fost l-ismijiet li qed jissemmew għal dan il-premju, hemm Mohammad Javad Zarif, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Iranjan, u Federica Mogherini, il-kap tal-Politika Barranija tal-Unjoni Ewropa, għall-ftehim li laħqu dwar il-programm nukleari Iranjan.