Lokali

Jinqabad iġorr €12,440 mhux dikjarati

Uffiċjali tad-Dwana li kienu stazzjonati l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qabdu passiġġier iġorr €12,440 mhux dikjarati.

Bil-liġi, kull persuna li jivjaġġa minn jew lejn Malta b’aktar minn €10,000 fuqu, għandu jiddikjara l-ammont mad-Dwana.

Ir-raġel ta’ nazzjonalità barranija, li kien se jivjaġġa lejn Istanbul fit-Turkija, inqabad waqt li kien għaddej mill-kontrolli tas-sigurtà. Bil-każ ġew infurmati l-Pulizija mit-taqsima tar-reati ekonomiċi.