Lokali Parlament

L-ebda Maltin feruti fl-attakk ta’ Las Vegas

Il-Ministru għall-Affraijiet Barranin Carmelo Abela qal li s’issa l-Gvern Malti s’issa m’għandux informazzjoni li hemm Maltin feruti fl-attakki terroristiċi ta’ Las Vegas.

Il-Ministru għall-Affraijiet Barranin Carmelo Abela kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tal-Whip tal-Oppożizzjoni David Agius u kkundanna l-attakki terroristiċi kollha li saru u wera s-solidarjetà mal-familjari tal-vittmi u mal-gvernijiet fil-ġlieda kontra kontra t-terroriżmu.

L-Ispeaker ingħaqad mal-Parlament u qal li kien ikkommunika mal-Ispeaker tal-Parlament Amerikan Paul Ryan fejn espriema s-solidarjetà mal-poplu Amerikan f’dan il-mument diffiċli.