Il-vapur tal-Gozo Channel M.V Ta’ Pinu mhux se jkun qed jaħdem bejn għada t-Tlieta 3 ta’ Ottubru u l-Ħamis 5 ta’ Ottubru peress li se jiddaħħal għal xi tiswijiet fil-Palumbo Drydocks.
Fi stqarrija, il-Gozo Channel qalet li għaldaqstant, il-vjaġġi ta’ filgħodu tal-Erbgħa u l-Ħamis se jsiru kull nofs siegħa bejn il-5am u s-7.30am mill-Imġarr u bejn il-5.30am u s-7.30am miċ-Ċirkewwa.
Il-Gozo Channel qalet li l-vjaġġi l-oħra jibqgħu skont l-iskeda u s-servizz jista’ jaqleb ‘shuttle’ skont id-domanda tat-traffiku.
Fl-istqarrija ma ssir l-ebda referenza diretta lejn l-iskeda ta’ għada t-Tlieta, u għaldaqstant hu mifhum li li l-iskeda għat-Tlieta 3 ta’ Ottubru se tibqa’ l-istess.
//= $special ?>