NET News qed jirċievi numru sostanzjali ta’ rapporti dwar ħafna traffiku f’diversi nħawi f’Malta, u dan hekk kif dalgħodu faqqgħet maltempata pjuttost qawwija f’xi partijiet tal-Gżejjer Maltin. Dan hekk kif dalgħodu, kemm l-Università ta’ Malta kif ukoll l-MCAST, fetħu l-bibien tagħhom għall-istudenti l-ġodda.
Madanakollu, is-sena skolastika bdiet il-ġimgħa li għaddiet, u ż-żieda fit-traffiku ilu jinħass għal dawn l-aħħar jiem, b’ħafna jikkritikaw is-servizz tat-trasport pubbliku li jidher li mhux qed iħalli l-impatt mixtieq.
Sadanittant, fuq il-media soċjali, ma jonqsux il-kummenti ta’ frustrazzjoni u rabja minn sewwieqa maqbudin fit-traffiku. Ara uħud mill-kummenti hawn taħt.