Internazzjonali

RITRATTI: Il-Massakru ta’ Las Vegas

It-Tnejn, f’Las Vegas seħħ dak li hu l-agħar massakru b’arma tan-nar fl-Istati Uniti. S’issa hemm 58 persuna mejta u mal-406 midruba, xi wħud serjament. Hemm indikazzjoni li l-vittmi aktarx jiżdiedu.

Il-qattiel kien identifikat bħala Stephen Craig Paddock ta’ 64 sena minn Mesquite madwar 100 kilometru minn Las Vegas. Hu qatel lilu nnifsu hekk kif il-Pulizija daħlu fil-kamra tiegħu fit-32 sular fil-Mandalay Bay Hotel. Hu spara għal fuq folla kbira li kienet qed tattendi kunċert faċċata tal-lukanda.

L-ISIS ħarġu stqarrija jgħidu li hu kien konverta għall-Islam xhur ilu u kien issieħeb mal-grupp imma s-CIA qalet li s’issa mhemm xejn li jikkonferma li kien membru tal-grupp. Il-bqija, il-Pulizija s’issa m’għandiex ħjiel dwar x’wassal għal dan il-massakru.