Grazzi għar-rebħa ta’ 3-0 li kisbu kontra Cagliari, Napoli waqqfu rekord fis-Serie A hekk kif saru l-ewwel tim li rebaħ l-ewwel seba’ partiti u li skurja tal-anqas 25 gowl.
Fl-istaġun li għadda Napoli temmew fit-tielet post fil-kampjonat u dan l-istaġun komplew jibbrillaw taħt it-tmexxija tal-kowċ Maurizio Sarri.
Fl-ewwel tliet rebħiet li kisbu skurjaw dejjem tliet gowls qabel ma f’nofs Settembru skurjaw sitt gowls fir-rebħa ta’ 6-0 kontra Benevento.
Fil-partita ta’ wara fl-Olimpico għelbu lil Lazio 4-1 qabel ma nhar il-Ħadd li għadda għelbu lil Cagliari.
Juventus, li qegħdin fl-ewwel post flimkien ma’ Napoli skurjaw seba’ gowls inqas.
//= $special ?>