Internazzjonali

BIL-FILMAT: AĠĠORNATA – Jinqatlu 50 persuna fi sparatura waqt kunċert f’Las Vegas

Hemm allert sħiħ f’Las Vegas wara li persuna fetaħ n-nar fuq folla li kienet qed tattendi għal kunċert ta’ mużika country qrib il-Mandalay Bay Hotel.

Mal-isparar inqala’ paniku kbir u fil-post wasal ammont kbir ta’ Pulizija.

Il-Pulizija f’Las Vegas ħabbret li r-responsabbli nqatel imma mhux qabel ma qatel 50 persuna u hemm aktar minn 200 midruba.

It-Tnejn, f’Las Vegas seħħ dak li hu l-agħar massakru b’arma tan-nar fl-Istati Uniti. S’issa hemm 58 persuna mejta u mal-406 midruba, xi wħud serjament. Hemm indikazzjoni li l-vittmi aktarx jiżdiedu.

Il-qattiel kien identifikat bħala Stephen Craig Paddock ta’ 64 sena minn Mesquite madwar 100 kilometru minn Las Vegas. Hu qatel lilu nnifsu hekk kif il-Pulizija daħlu fil-kamra tiegħu fit-32 sular fil-Mandalay Bay Hotel. Hu spara għal fuq folla kbira li kienet qed tattendi kunċert faċċata tal-lukanda.

L-Awtoritajiet għaddejin bi tfitxija għal persuna oħra li kienet tgħix mal-agressur.

RITRATTI: Il-Massakru ta’ Las Vegas