Waħda mill-kumpaniji prinċipali fir-Renju Unit tal-ivjaġġar, il-Monarch Airlines, falliet.
Bil-konsegwenza ta’ dan, mijiet ta’ eluf ta’ passiġġieri sfaw imblukkati f’ajruporti madwar l-Ewropa filwaqt li madwar 860,000 persuna oħra tilfu l-booking li kellhom.
We're sorry to announce that Monarch has suspended flights and holidays. Please check https://t.co/buw8yPzDGY for further information. pic.twitter.com/CA6jdMLu1C
— Monarch (@Monarch) October 2, 2017
Issa s-Civil Aviation Authority se tibgħat mat-30 ajruplan lejn destinazzjonijiet differenti barra mir-Renju Unit biex jieħdu lura d-dar mal-110,000 passiġġier li kellhom post mal-Monarch Airlines.
Mal-Monarch hemm mal-2,100 persuna impjegati u s-sena li għaddiet irrapportat telf ta’ 291 Lira Sterlina.
Fost ir-raġunijiet għall-falliment tal-kumpannija kien hemm l-attakki terroristiċi fit-Tuneżija u l-Eġittu kif ukoll il-kroll tas-suq Tork, żieda fil-kompetitżjoni u valur batut tal-Lira Sterlina.


