Hekk kif din il-ġimgħa għaddejja freshers week ġewwa l-Università ta’ Malta, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia ngħata merħba sabiħa mill-istudenti.
Madwar il-kampus tal-Universita’, hu ltaqa mal-istudenti u żar l-istands ta’ kull għaqda li hemm fl-Università.
Adrian Delia tkellem ma’ numru ta’ studenti kemm dawk li se jibdew l-ewwel sena tagħhom kif ukoll studenti li qed ikomplu bil-kors tagħhom.
Waqt li ħa wkoll ritratti mal-istudenti, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista ħa sehem f’attivitajiet li qed jiġu offruti lill-istudenti fil-kampus.
Meta kien qed iżur il-librerija tal-Universita’ ta’ Malta, hu ngħata t-teżi li ħadem hu stess meta kien għadu student.
ara dawn is-snin, hu kellu l-opportunita’ jiffirma l-istess teżi.
Fl-aħħar taż-żjara, Adrian Delia mar fil-canteen tal-Università fejn kompla jiltaqa ma’ aktar studenti li jkunu bejn lecture u oħra.
Preżenti miegħu kien hemm id-deputatu David Aguis, David Stellini, Therese Comodini Cachia u l-kandidat fl-aħħar elezzjoni Ryan Mercieca.
//= $special ?>