Exiles jinsabu għaddejjin bil-preparazzjoni tagħhom għall-istaġun li ġej bit-tama li jtejbu fuq l-14-il punt li kisbu fil-kampjonat tas-sajf ta’ din is-sena. Il-klabb taħt il-Presidenza ta’ Andrew Paris, ħabbar li Dorian Pisani u Matthew Pisani mhux se jibqgħu fit-tmexxija teknika tat-tim. Pisani kien ilu kowċ ta’ Exiles għal sentejn, filwaqt li Pisani għamel tliet snin bħala assistent kowċ.
L-għażla ta’ Exiles waqgħet fuq kowċ barrani u bħala assistent kowċ inħatar Kayne Lanzon, li se jkun qed jirritorna mal-klabb wara li din is-sena lagħab ma’ Marsaxlokk fl-ewwel diviżjoni. Lanzon se jkun qed jieħu ħsieb it-tim fl-impenji li għandhom fix-xitwa. Għal Lanzon, din se tkun l-ewwel esperjenza bħala kowċ, fejn se jkun ukoll responsabbli mill-preparazzjoni fiżika.
Il-klabb irringrazzja lil Dorian Pisani u Matthew Pisani talli qasmu l-esperjenza tagħhom u awgurawlhom għal futur, filwaqt li awguraw lil Kayne Lanzon f’dan il-kapitlu ġdid fil-waterpolo.
//= $special ?>

