AĠĠORNATA:
1232h – L-eks Deputat Nazzjonalista Jean Pierre Debono li għas-siġġu vakat minnu saret din l-elezzjoni każwali awgura lit-Tabib Peter Micallef li għadu kif ġie elett:
1222h – Fl-aħħar ħin, Peter Micallef ġie elett fis-siġġu vakat minn Jean Pierre Debono. Hu kiseb l-akbar ammont ta’ voti b’1,719.
Dan huwa r-riżultat finali:
- Sam Abela – Eliminat
- Antoine Borg – 1,482 vot
- Dounia Borg – Eliminata
- Lee Bugeja Bartolo (PD) – Eliminat
- Peter Micallef – 1,719 vot
- David Vassallo – Eliminat
- Ian Vassallo – Eliminat
1157h – Fit-tielet għadd se jintirtu t-840 vot ta’ Sam Abela – li jfisser li ż-żewġ kandidati Antoine Borg u Peter Micallef se jkunu biċ-ċans li jirbħu dan is-siġġu.
1154h – Dan huwa r-riżultat wara li ġie eliminat il-kandidat Nazzjonalista David Vassallo, u tqassmu l-590 vot
- Sam Abela – 840 vot
- Antoine Borg – 847 vot
- Dounia Borg – Eliminata
- Lee Bugeja Bartolo (PD) – Eliminat
- Peter Micallef – 1540 vot
- David Vassallo – Eliminat
- Ian Vassallo – Eliminat
1120h – Issa, fit-tieni għadd imiss li jitqassmu l-voti tal-kandidat f’isem il-Partit Nazzjonalista David Vassallo – total ta’ 590 vot x’jintiret.
1115h – Wara li ġew eliminati mill-proċess tal-għadd tal-voti fl-elezzjoni każwali l-kandidati Dounia Borg, Lee Bugeja Bartolo u Ian Mario Vassallo, dan huwa r-riżultat:
- Sam Abela – 639 vot
- Antoine Borg – 673 vot
- Dounia Borg – Eliminata
- Lee Bugeja Bartolo (PD) – Eliminat
- Peter Micallef – 1,341 vot
- David Vassallo – 590 vot
- Ian Vassallo – Eliminat
1050h – Dounia Borg, Lee Bugeja Bartolo u Ian Mario Vassallo eliminati wara l-ewwel għadd tal-proċess.
1015h – Fl-ewwel għadd il-kandidati ġabu dawn il-voti:
- Sam Abela – 529
- Antoine Borg – 551
- Dounia Borg – 76
- Lee Bugeja Bartolo (PD) – 78
- Peter Micallef – 1,258
- David Vassallo – 474
- Ian Vassallo – 296
Fl-elezzjoni każwali għas-siġġu ta’ Jean Pierre Debono hemm 3,305 vot u l-kwota hi ta’ 1,653.
0900h – Jibda l-proċess tal-għadd tal-voti fin-Naxxar
Dalgħodu fiċ-ċentru tal-għadd tal-voti fin-Naxxar se ssir l-elezzjoni każwali għas-siġġu ta’ Jean Pierre Debono li rriżenja biex is-siġġu tiegħu jieħdu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia.
Il-Proċess beda fid-9a.m. fejn bdew jitqassmu l-voti skont il-kandidati rispettivi. Fil-bidu tal-proċess fiċ-ċentru tal-għadd tal-voti wasal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia fejn sellem lil dawk preżenti.

Fl-aħħar elezzjoni ġenerali, Jean Pierre Debono kien ġie elett fis-7 Distrett u fl-elezzjoni każwali ta’ dalgħodu se jipparteċipaw seba’ kandidati.
Il-Kandidati li kkontestaw f’isem il-Partit Nazzjonalista huma, Sam Abela, Antoine Borg, Dounia Borg, Peter Micallef, David Vassallo u Ian Vassallo. Fl-elezzjoni każwali tal-lum ikkontesta wkoll il-kandidat tal-Partit Demokratiku, Lee Bugeja Bartolo.
Min illum jiġi elett fl-elezzjoni każwali se jċedi wkoll is-siġġu lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia.