Il-kowċ tat-tim nazzjonali ta’ taħt id-19-il sena Wayne Attard għażel l-iskwadra finali ta’ 20 plejer, f’logħbiet validi minn Grupp 4 għal fażi ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew ta’ taħt id-19-il sena. It-timijiet l-oħra fil-grupp ta’ Malta huma l-Olanda, l-organizzaturi l-Ungerija u s-Slovenja.
L-ewwel logħba tat-tim Malti hi llum kontra l-Olanda fil-Juliana Sportpark, logħba li tibda fl-4.00pm.
It-tieni logħba tintlagħab is-Sibt li ġej 7 ta’ Ottubru wkoll fl-4.00pm fl-istess grawnd tal-ewwel logħba kontra s-Slovenja, filwaqt li l-aħħar logħba minn Grupp 4 tintlagħab fl-10 ta’ Ottubru fis-6.00pm kontra l-Ungerija.
Ir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni hu magħmul minn 13-il grupp ta’ erba’ timijiet kull wieħed, bl-ewwel żewġ timijiet jikkwalifikaw.
Fl-iskwadra ta’ Wayne Attard, hemm żewġ plejers li jilagħbu barra minn Malta. Romario Camilleri li minn dan is-sajf beda jilgħab ma’ Gubbio u l-attakkant ta’ Peterborough Andrea Borg. Il-kontinġent Malti ħalla pajjiżna t-Tnejn filgħodu lejn Amsterdam, u hu mmexxi mid-Direttur Tekniku tal-MFA Robert Gatt.
L-iskwadra finali
Gowlkipers: Duncan Formosa (St. Andrews), Lydon Moore (Ħamrun Spartans)
Difensuri: Gary Camilleri (Balzan), Romario Camilleri (Gubbio), Dejan Debono (St. Andrews), Mark Fenech (Naxxar Lions), Zach Grech (Pembroke Athleta), Kyle Gatt (Mosta), Neil Micallef (Birkirkara)
Midfielders: Svein Bartolo (Pietà Hotspurs), Christian Gauci (San Ġwann), Neil Frendo (Mosta), Jurgen Grech (Mosta), Jan Busuttil (Pietà Hotspurs), Shaun Dimech (Valletta), Marcus Grima (St. Andrews)
Attakkanti: Omar Elouni (Sliema Wanderers), Alex Satariano (St. Andrews), Andrea Borg (Peterborough), Ayrton Attard (Birkirkara)