Lokali

Il-Benna, b’logo ġdid u prodotti ġodda

Introdott ħalib b'toma ġdida, ħalib bil-coconut (bil-ġewża tal-Indi).

Il-Benna għadha kemm ħabret il-logo il-ġdid tagħha u kif ukoll numru ta’ prodotti ġodda. Fi stqarrija ħabbru dan il-logo ġdid li jħares l-elementi ta’ disinji antiki (bħala turija ta’ rispett lejn issuċċessi tal-passat) filwaqt li ġie mibdul sabiex jagħti dehra aktar moderna u robusta li tirrifletti l-ottimiżmu li bih il-Kumpanija qiegħda tħares lejn il-futur.

Ġie mdaħħal ukoll il-kunċett wara l-marka Farmer Owned huwa l-ħarsien tul il-vjaġġ kollu li jgħaddi minnu l-ħalib sabiex mill-baqra jasal fuq il-mejda tal-konsumatur. Il-prodotti kollha tal-Benna huma magħmulin minn ħalib frisk li huwa Malti 100% u li joriġina minn raħħala li għandhom dedikazzjoni u passjoni ġenwina lejn il- ħalib. Ir-Raħħala huma s-sidien tal-kumpanija tal-ħalib Malta Dairy Products Ltd. Għalhekk, inti tista’ taċċerta ruħek li l-prodotti magħmulin mill-ħalib frisk tal-Benna huma magħmulin mill-ħalib tal-baqra tal-ogħla kwalità.

Bħala affarjiet ġodda se jkun hemm kartun kompletament ġdid għall-Ħalib Frisk kollu. Se jkun hemm ukoll introduzzjoni ta’ prodotti ġodda fis-suq fil-ġranet u x-xhur li ġejjin, li jinkludu butir pur magħmul minn mija fil-mija krema Maltija, ‘Ġobon Malti tar-Raħal’ f’diversi varjetajiet – magħmul minn ħalib frisk Malti u mija fil-mija Malti.

Se tiġi introdotta l-irkotta bla lattosju magħmula minn ħalib frisk u mija fil-mija Malti u se tibda tiġi ippakjata f’kontenitur b’disinn ġdid.

Fit-taqsima ta’ dawk li jħobbu l-ħalib bit-toma issa se jiġi introdott ħalib tal-Coconut (ġewża tal-Indi) togħma oħra bnina biex tikkumplimenta il-Milkshakes eżistenti taċ-Ċikkulata u tal-Frawli. Se jkun hemm ukoll ħalib Frisk bla lattosju, issa disponibbli wkoll f’kartuna tal-500ml.