Lokali

Il-Partit Demokratiku f’ħidma mal-Partit Nazzjonalista

Wara li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia ħa siġġu fil-Parlament, il-Partit Demokratiku ħareġ stqarrija fejn fiha qal li issa jista’ jkompli jaħdem biex jiskrutinja x-xogħol tal-Gvern, filwaqt li jwitti u jħejji t-triq biex il-poplu jagħraf fl-Oppożizzjoni Gvern ġdid alternattiv li jħares lin-nies huma min huma u ta’ liema età huma.

Il-Partit Demokratiku sostna li se jagħmel l-alma tiegħu biex bħala parti mill-Oppożizzjoni jħeġġeġ lill-Gvern biex jara l fil-pajjiż terġa’ tirrenja l-ordni, l-ġustizzja soċjali vera, u r-rispett lejn kull persuna. Dan biex in-nies ikunu jistgħu jgħixu tajjeb kemm f’darhom u barra.

Iktar kmieni dalgħodu ġie elett fl-elezzjoni każwali Peter Micallef, ħa l-ġurament u rreżenja fl-istess ġurnata biex iċedi postu lil Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia. Dan biex b’hekk Delia jkollu post fil-Parlament u jkun il-Kap tal-Oppożizzjoni.