Lokali Unjoni Ewropea

Internet ta’ 5G u telefonati orħos – Roberta Metsola

MEP Roberta Metsola

F’regoli ġodda li nħarġu fil-Parlament Ewropew juru li internet iktar b’saħħtu bl-użu ta’ 5G networks kif ukoll hemm possibiltà li telefonati li jsiru f’pajjiżi tal-Unjoni Ewropeja se jkun irħas.

L-MEP Roberta Metsola qablet mal-liġi li saret mill-Kumitat tal-Industrija tal-Parlament Ewropew. Hi qalet li dawn ir-regoli l-ġodda se jirriżultaw li n-negozji se jkun jistgħu jinvestu f’networks iktar b’saħħithom biex jgħatu internet aħjar madwar l-Ewropa.

Dawn ir-regoli l-ġodda huma maħsubha li se jiswew bejn il-500 u s-600 biljun ewro u se jikreaw 1.3 miljun impjigi ġodda fi żmien għaxar snin. Il-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni Ewropew u l-Istati Membri mistennija jiltaqgħu biex jiftehmu dwar l-aħħar deċiżjoni.