Lokali

L-Arċisqof Malti jipparteċipa fl-Assemblea tal-Kunsill Episkopali Ewropej

“Il-Knisja temmen fl-Ewropa u għallura temmen fil-futur tagħha. L-Ewropa mhix biss art imma għandha anke funzjoni spiritwali.” Din kienet id-dikjarazzjoni finali tal-Assemblea Plenarja tal-Kunsill tal-Konferenzi Episkopali Ewropej li saret f’Minsk, il-Belarussja. Ghal din l-assemblea attendew l-Isqfijiet minn 45 pajjiz fil-kontinent Ewropew. Malta kienet rapprezentata mill-Arcisqof Charles J. Scicluna, President tal-Konferenza Episkopali Maltija.

L-iskop ta’ dan il-kunsill hu li jippromwovi l-għaqda bejn is-saċerdoti f’pajjiżi differenti u biex isib modi ġodda kif il-vuċi ta’ Ġesu Kristu tibqa’ ħajja fil-kultura ta’ qalb in-nisa u l-irġiel Ewropej

Matul l-assemblea ngħad li jifmhu u juru solidarjeta’ ma’ dawk li minħabba l-kultura jew il-pajjiż li jgħixu fih ma jistgħux jesprimu l-imħabba tagħhom lejn it-tagħlim ta’ Ġesu Kristu u minflok ikollu. Ingħad anke li l-messaġġ li l-Knisja trid twassal fid-dinja hu wieħed ċar imma l-mezzi biex dan jasal huma ftit fid-dinja ta’ llum. “Aħna għandna l-istorja tal-Ewropa, ċ-ċivilizazzjoni, d-demokrazija, d-drittijiet tal-bniedem u r-responsabiltajiet. Għalhekk nemmnu fl-għaqda permezz tal-ispiritwalita’ u ideali etiċi li dejjem kienu r-ruħ tal-Ewropa.”

Fid-dikjarazzjoni finali tal-Assemblea Plenarja tal-Kunsill tal-Konferenzi Episkopali Ewropej ngħad anke li bl-għaqda bejnietna nistgħu nersqu aktar lejn il-paċi u l-Ġustizzja.