Lokali

Antonio Mizzi jinsisti li jiddeċiedi hu dwar Panama Papers – Simon Busuttil iħabbar li se jmur quddiem il-Qorti Kostituzzjonali

Aktar dettalji fil-ħin li ġej

Fil-Qorti l-Imħallef Antonio Mizzi iddeċieda li l-appelli dwar l-inkjesta tal-Panama Papers għandhom jibqgħu jinstemgħu quddiemu. Simon Busuttil ħabbar li se jressaq din id-deċiżjoni quddiem il-Qorti Kostituzzjonali.

Kien f’Lulju li għadda meta l-Partit Nazzjonalista talab għar-rekuża tal-Imħallef Antonio Mizzi milli jisma’ l-appell dwar jekk għandiex issir investigazzjoni kriminali dwar l-iskandlu tal-Panama Papers. Appelli li tressqu mill-Prim Ministru Joseph Muscat, Keith Schembri, Konrad Mizzi u dawk involuti fl-iskandlu tal-Panama Papers.

 Dak iż-żmien il-PN kien qal illi huwa fatt magħruf li mart l-Imħallef Mizzi hija d-Deputat Laburista Marlene Mizzi u għaldaqstant huwa naturali li wieħed jitlob li huwa m’għandux jiddeċiedi dan l-appell biex il-ġustizzja mhux biss issir iżda tkun tidher li qed issir.

Fi tweet b’reazzjoni għal din id-deċiżjoni l-ex Kap tal-Partit Nazzjonalista u Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil qal li ġurnata wara li l-Prim Imħallef tkellem ċar, ma titwemminx kif imħallef jista’ jmexxi każ kontra l-boss tal-mara tiegħu.

Fid-deċiżjoni tiegħu dalgħodu l-Imħallef Mizzi qal li fil-proċess qed jinġabru l-provi u mhux persuni akkużati u kompla li hu bħala Imħallef qatt ma espriema opinjoniġpoliitk aminkejja li l-mara tiegħu hi Ewroparlamentari Laburista.

Filwaqt li enfażizza l-improtanza tal-imparzjalità, l-Imħallef qal li qatt ma kien hemm każ fejn inwetriet xi ostilità fil-konfront ta’ Simon Busuttil. L-Imħallef Mizzi qal li l-każ ma jirrigwardja l-ebad partit politiku u l-mertu tal-kawża mhux ta’ natura politika.

Marlene Mizzi ma’ Joseph Muscat f’attivita’ politika

L-Imħallef Mizzi qal li hu qatt ma kien tesserat fil-Partit Laburista u qal li l-opinjoni politika ta’ martu ma’ twassalx biex hu ma jkun xjista’ jkompli jisma l-kawża. Għal dawn ir-raġunijiet, l-Imħallef Mizzi ma laqax it-talba ta’ Simon Busuttil u ddeċieda li jkompli jisma l-kawża.

F’kummenti fi tmiem id-deċiżjoni, Simon Busuttil enfażizza l-fatt li l-Imħallef Mizzi hu r-raġele ta’ Ewroparlamentari Laburista u li għalhekk il-PN se jmur quddiem il-Qorti Kostituzzjonali għaliex jmemen fil-prinċipju li l-ġustizzja mhux biss trid issi riżda trid tidher li qed issir.

Għas-seduta attendew il-Kap tal-Opożizzjoni u ex Kap tal-PN Simon Busuttil, l-Avukat Jason Azzopardi u s-Segretarju Ġenerali tal-PN Rosette Thake għall-PN u l-Prim Ministru Joseph Muscat, il-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff f’Kastilja Keith Schembri.

Il-ġustizzja mhux biss għandha ssir imma trid tidher li qed issir – PN

Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija jirreferi għad-deċiżjoni tal-Imħallef Antonio Mizzi li ma rrikużax lilu nnifsu mill-każ tal-appell dwar l-iskandlu tal-Panama Papers. Kif intqal tant tajjeb ilbieraħ stess mill-Prim Imħallef fil-Ftuħ tas-Sena Forensi, l-ġustizzja f’pajjiżna mhux biss għandha ssir, iżda trid tidher li tkun qed issir.

Għalhekk, Simon Busuttil diġà ħabbar li se jkun qed jieħu dan il-każ quddiem il-Qorti Kostituzzjonali. Dan qed isir għaliex il-Partit Nazzjonalista jemmen fil-proċess ġudizzjarju sal-aħħar.