Fl-elezzjoni każwali li saret dalgħodu Peter Micallef kien elett b’1,719-il vot. Warajh Antoine Borg kiseb 1,482 vot.
Illejla Peter Micallef ħa l-ġurament bħala Deputat fil-Parlament. Fl-ewwel u l-uniku diskors tiegħu f’din il-leġiżlatura Peter Micallef qal li hu sodisfatt li qed jagħmel il-parti tiegħu biex il-Kap tal-Partit Nazzjonalista jieħu s-siġġu fil-Parlament, u għalhekk talab l-ispeaker biex jirriżenja minn Deputat.
Hu rringrazzja lill-eks Deputat Jean Pierre Debono għall-pass li ħa u rringrazzja wkoll lill-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil li sostna li ta dak kollu li seta’ lill-Partit waqt li awgura lil Adrian Delia.
Peter Micallef tkellem dwar is-sodisfazzjon li jagħtik ix-xogħol ta’ Membru Parlamentari uħabbar li se jkun qed jirriżenja mmedjatament mill-Parlament biex postu jieħdu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia.
B’hekk issa mistenni li Adrian Delia jkun co-opted fil-Parlament u eventwalment jilħaq Kap tal-Oppożizzjoni.
//= $special ?>