Futbol Sport

Tazza tad-Dinja 2018 – Kompany se jitlef il-logħob tal-Belġju

Vincent Kompany

Vincent Kompany intbagħat lura mill-kamp ta’ taħriġ tal-Belġju wara li ma laħaqx il-kundizzjoni fiżika mistennija biex ikun tajjeb u jilgħab fil-partiti tal-Belġju.

Id-difensur ta’ 31 sena ssejjaħ fl-iskwadra minkejja li ftit tħarreġ ma’ Manchester City, wara li weġġa’ l-pexxun fil-logħba li l-Belġju lagħbu kontra Ġibiltà f’Awwissu.

Il-Belġju diġà kkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja tas-sena d-dieħla fir-Russja, iżda qed ifittxu li jtemmu din il-fażi bl-aħjar mod possibbli b’rebħiet kontra l-Bożnja u Ċipru.

Fl-aħħar tliet staġuni, Kompany naqas li jibqa’ fiżikament tajjeb minħabba serje ta’ injuries, iżda għadu kkunsidrat pedina importanti mill-kowċ Roberto Martinez, minkejja li tilef il-faxxa ta’ captain lil Eden Hazard. Hu mistenni jirtira mix-xena internazzjonali wara t-Tazza tad-Dinja.