L-eksattakkant internazzjonali Taljan Alberto Gilardino ffirma kuntratt ta’ sentejn mat-tim ta’ Spezia. Gilardino, li għandu 35 sena kien jinsab bla klabb wara li nħall minn mal-kuntratt li kellu ma’ Spezia.
Minkejja li kien segwit minn Crystal Palace hu għażel li jmur jilgħab mat-tim tas-Serie B.
Spezia se jkun it-13-il tim fil-karriera ta’ Gilardino.
Fost timijiet li lagħab magħhom Gilardino hemm Fiorentina, Palermo, Parma u Milan. Mal-Italja hu lagħab 57 darba u skurja 19-il darba u fl-2006 rebaħ anke t-Tazza tad-Dinja.
//= $special ?>