Sport Waterpolo

Andreas Galea jġedded il-kuntratt ma’ San Ġiljan qabel jerġa’ jilgħab fis-Serbja

Andreas Galea se jerġa' jilgħab barra minn Malta (Ritratt: Matthew Tabone)

Iż-żagħżugħ promettenti Andreas Galea se jkun qed jibqa’ ma’ San Ġiljan wara li ffirma kuntratt fit-tul maċ-champions lokali. Galea kellu staġun pożittiv f’sena li fiha San Ġiljan iddominaw. Andreas Galea ffirma l-kuntratt ftit jiem qabel ma jerġa’ jħalli pajjiżna biex għat-tieni xitwa konsekuttiva jingħaqad mal-klabb Serb ta’ Dunav.

Fl-istaġun li għadda, Galea għamel titjib sinifikanti u dan mistenni li jerġa’ jkun l-għan kemm tal-klabb kif ukoll tal-plejer. Il-klabb irringrazzja lil Andreas tal-lealtà u d-dedikazzjoni u jinsabu ħerqana li flimkien miegħu jirbħu aktar unuri.