Lokali Parlament

FILMAT: Il-Kap tal-PN Adrian Delia jieħu l-ġurament bħala deputat fil-Parlament

Il-Kap tal-PN Adrian Delia ħa l-ġurnament ta’ deputat Nazzjonalista biex issa jkompli l-proċess li jieħu l-ġurament ta’ Kap tal-Oppożizzjoni.

Kien il-Prim Ministru Joseph Muscat li ressaq il-mozzjoni biex issir il-co-option tal-Kap tal-PN Adrian Delia wara r-riżenja tad-deputat Nazzjonalista Peter Micallef. Din il-mozzjoni kienet sekondata mill-Whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista David Agius.

Wara Adrian Delia resaq lejn is-Sejda u ħa l-ġurnament ta’ lealta mogħti mill-Ispeaker Anġlu Farrugia.

F’diskors tal-okkażjoni l-Kap tal-PN Adrian Delia rringazzja lill-Ispeaker, lill-Prim Ministru tal-mozzjoni, lill-Kap tal-Oppożizzjoni, lill-ex deputati tal-PN Peter Micallef u Jean Pierre Debono, lill-familja tiegħu u lil dawk li għenuh f’dan it-traġitt tiegħu biex illum qiegħed fil-parlament biex iservi lill-poplu.

Il-Prim Ministru awgura lil Adriaan Delia u qal li l-gvern iħares ‘l quddiem li jaħdem ma’ Adrian Delia b’kollaborazzjoni u b’konfrontazzjoni ta’ ħsibijiet politiċi.

Adrian Delia jindirizza l-Parlament għall-ewwel darba