Merħba sabiħa fl-MCAST għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia li llum żar il-kulleġġ waqt li għaddejin l-attivitajiet ta’ Freshers Week.
Filwaqt li beda jdur l-istands ta’ kull għaqda li hemm fl-MCAST, numru ta’ studenti daru miegħu biex ikelmuh dwar is-sena skolastika l-ġdida u dwar l-isfidi li jġibu magħha l-ħajja ta’ student. Adrian Delia ha wkoll ritratti mal-istudenti kif ukoll ippartecipa fl-attivitajiet li qed ikunu organizzati fil-kulleġġ.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia ltaqa wkoll mal-istudenti f’ambjent aktar rilassat, fil-canteen tal-MCAST.
Adrian Delia kien akkumpanjat mid-deputati David Aguis, Alex Mangion, Therese Comodini Cachia u Graziella Galea.
Il-Ħamis il-Kap tal-Partit Nazzjonalista mistenni li jżur l-istudenti tal-Junior College u ta’ Giovanni Curmi Higher Secondary waqt il-Freshers Week taż-żewġ skejjel biex jifhem aħjar dak li jixtiequ l-istudenti.
//= $special ?>