Il-Prinċep Charles illum wara nofsinhar beda żjara ta’ jumejn f’Malta. Matul iż-żjara u attenda għaċ-ċelebrazzjoni li fakkret il-75 sena mill-għoti tal-George Cross, bħala President ukoll tal-Assoċjazzjoni Victoria Cross and George Cross. Din it-tifkira saret f’Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta.
Nannuh stess, ir-Re Ġorġ VI, ta l-midalja lill-pajjiżna nhar il-15 t’April, 1942, sabiex jonora l-qlubija tal-Maltin fit-Tieni Gwerra Dinjija. Iċ-ċerimonja għall-pubbliku fil-Belt Valletta saret fit-13 ta’ Settembru tal-istess sena.

Minbarra d-diversi żjarat għand l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż, il-Prinċep ta’ Wales se jindirizza l-konferenza Our Ocean bħala parti mill-kampanja favur is-saħħa u r-reżistenza tal-oċean.
Tul iż-żjara tiegħu f’Malta se jżur lill-Pro-Katidral Anglikan ta’ San Pawl fil-Belt Valletta biex jara restawr li qed isir fuq il-Katidral.
//= $special ?>




