Lokali Parlament

Il-pensjonanti għandhom ikunu eżentati mit-taxxi – Maria Deguara

Id-deputat Nazzjonalista Maria Deguara appellat biex ikunu introdotti inċentivi ġodda biex l-anzjani jibqgħu jgħixu fi djahrom u beix il-pensjonanti jkunu eżentati mit-taxxa minħabba li dawn ikunu diġà ħallsuha meta jkunu jaħdmu.

Fl-Aġġornamnet tal-Parlament id-deputat Nazzjonalista Maria Deguara tkellmet dwar l-anzjani u qalet li l-avvanzi fil-mediċini wasslu għal żviluppi pożittivi fid-demografija u Malta bbenefikat minn dawn l-iżviluppi. Hi ssemmiet in-numru ta’ anzjani dejjem jikber fil-pajjiż u qalet li għandha issir klassifikazzjoni ta’ anzjanzi ta’ età żgħira u anzjani ta’ età ikbar. Biex l-anzjani jibqgħu attivi fis-soċjetà dawn iridu jibqgħu jikkontribwixxu fis-soċjetà b’ħidma volontarja. Il-Gvern għandu jibqa’ jinċentiva lill-familji biex dawn jibqgħu jżommu lill-anzjani fi djahrom.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-iskemi mhux qed jilħqu l-iskopijiet tagħhom u sostniet li n-night shelters u t-telecare kienu pożittivi. Hi appellat biex jingħata kumpens finanzjarju meta l-ulied jagħżlu li jżommu lill-ġenituri anzjani tagħhom fid-djar tagħhom. Dawn għandhom isibu iktar assistenza biex jgħinu lilhom u lill-anzjani. is-servizz tar-respite għandu jkun mifrux iktar.

Dwar il-home help, Maria Deguara qalet li dawn is-servizzi m’għandhomx ikunu miċħuda minħabba li l-kuntratturi qed iħaddmu impjegati bil-prekarjat. Hi kkritikat il-listi ta’ stennija fil-home help u qalet li l-carers għandhom ikunu jitkellmu bil-Malti biex jikkomunikaw mal-anzjani.

Il-carers qed iservu wkoll bħala social workers u għalhekk in-numru tagħhom għandu jkompli jiżdied. Hi qalet li d-djar għall-anzjani għandhom ikunu konformi mar-regoli stabbiliti u m’għandhom l-ebda liċenzji ġodda jekk dawn ma jkunux konformi.

Maria Deguara qalet li l-paga tal-carers għandha tirrifletti l-korsijiet li jkunu ingħataw. Jeħtieġ inizjattivi biex l-anzjani jibqgħu mdawra min-neputajiet, sostniet Maria Degura li qalet li 23% tal-popolazjzon Malitja hi ajzjnai. Dawn għandhom jibqgħu jingħataw l-oppoirtunitajiet li jiqbgħu jaħdmu u jkunu mentors għal ta’ warajhom. Opportunità oħra hi li l-anzjani jingħataw l-opportunità li jżuru Brussell.

Maria Deguara tkellmet dwar in-nuqqas ta’ aċċessibbiltà f’postijiet pubbliċi u appellat ukoll biex il-pensjonijiet kollha jiżdiedu minħabba li dan hu l-uniku dħul tal-pensjonanti. Il-pensjonijiet għandhom ikunu eżentati mit-taxxa minħabba li l-pensjonant ikun diġà ħallas it-taxxa meta jkun jaħdem.