Fi stħarriġ li sar mill-MATSEC din is-sena juri li l-biċċa l-kbira ta’ dawk li wieġbu jaqblu mal-istruttura taċ-Ċertifikat tal-Matrikola, b’mod speċjali l-importanza li tingħata lill-interdixxiplinarità, filwaqt li ma jaqblux man-natura obbligatorja tal-IM Systems of Knowledge.
Dan ġie ppublikat wara li l-kandidati spiċċaw l-eżamijiet tagħhom. 1,549 ipparteċipaw fl-istħarriġ li sar. L-ikbar numru ta’ ilmenti li saru kienu dwar il-livell ta’ storbju u l-konġestjoni tat-traffiku sabiex wieħed jasal fil-ħin għall-eżami.
L-opinjonijiet ta’ dawk li wieġbu dwar l-istruttura taċ-Ċertifikat tal-Matrikola kienu simili għal dawk li nkusbu fis-sondaġġ tas-sena l-oħra, bil-maġġoranza ta’ dawk li wieġbu jaqblu li għandha tingħata importanza lil suġġetti minn oqsma differenti iżda ma jaqblux man-natura obbligatorja tal-IM Systems of Knowledge. Il-biċċa l-kbira ta’ dawk li wieġbu ssuġġerew ukoll li għandu jkun meħtieġ li kandidati jiksbu grad li permezz tiegħu jkunu għaddew f’dawn is-sitt suġġetti.
//= $special ?>

