Carles Puigdemont, il-kap tar-reġjun Katalan fi Spanja qal li fil-ġranet li ġejjin, ir-reġjun Katalan se jiddikjara l-indipendenza.
Dan hekk kif kompliet il-kritika mill-awtoritajiet ċentrali f’Madrid għal dan il-pass. Pass li wassal fost l-affarijiet għal diskors in-nazzjon rari mir-Re Felipe ta’ Spanja li kundanna r-referendum li sar nhar il-Ħadd. L-ewwel darba kemm ilu kap tal-monarkija Spanjola li r-Re Felipe ndirizza lin-nazzjon fuq it-televiżjoni. Sitwazzjoni qal ir-Re li kienet serja ħafna u appella għall-għaqda fil-pajjiż. Dan hekk kif stħarriġ qed juri li l-poplu Katalan jidher maqsum dwar l-indipendenza tar-reġjun.
//= $special ?>

