Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti Pietro Ghedin sejjaħ l-iskwadra finali għal partita ta’ llum kontra l-Litwanja. Ghedin inkluda lill-midfielder ta’ Hibernians Johann Bezzina li se jieħu post Bjorn Kristensen li se jitlef il-logħba minħabba li weġġa’.
Kristensen beda l-aħħar żewġ logħbiet kontra l-Ingilterra u l-Iskozja u hu wieħed mit-tliet plejers li se jitilfu ż-żewġ partiti tat-tim nazzjonali minħabba li jinsabu mweġġgħin. Dan għaliex l-attakkanti Michael Mifsud u Jean Paul Farrugia mhux se jkunu disponibbli.
Il-midfielder ta’ Balzan Ryan Fenech jinsab sospiż kontra l-Litwanja, u bl-assenza ta’ Kristensen, Ghedin sejjaħ lil Johann Bezzina. Il-plejer ta’ 23 sena għamel id-debutt fir-rebħa ta’ 1-0 f’partita ta’ ħbiberija kontra l-Ukrajna, logħba li ntlagħbet f’Ġunju li għadda fi Graz.
Fl-iskwadra hemm ukoll it-tliet plejers ta’ Ħamrun Spartans Lydon Micallef, Daniel Zerafa u Siraj Arab iżda l-gowlkiper Steve Sultana ma kienx magħżul.
Skwadra finali
Gowlkipers: Henry Bonello (Valletta), Andrew Hogg (Hibernians)
Difensuri: Andrei Agius (Hibernians), Cain Attard (Birkirkara), Steve Borg (Valletta), Ryan Camilleri (Valletta), Clayton Failla (Hibernians), Sam Magri (Ebbsfleet United), Zach Muscat (Arezzo), Daniel Zerafa (Ħamrun Spartans), Joseph Zerafa (Valletta)
Midfielders: Clyde Borg (Floriana), Paul Fenech (Balzan), Luke Gambin (Luton Town), Steve Pisani (Floriana), Johann Bezzina (Hibernians)
Attakkanti: Siraj Arab (Ħamrun Spartans), Alfred Effiong (Balzan), Lydon Micallef (Ħamrun Spartans), Andrè Schembri (Apollon Limassol)