Futbol Sport

Plejer li rebaħ it-Tazza tad-Dinja mal-Italja jingħaqad ma’ Ħamrun Spartans

Il-Plejer Taljan Cristian Zaccardo, rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja mal-Italja fl-2006, iffirma ma’ Ħamrun Spartans.

Zaccardo li għandu 35 sena lagħab mat-timijiet kollha nazzjonali u mat-tim ta’ taħt il-21 sena sena rebaħ ukoll il-kampjonat ewropew fl-2004.

Zaccardo beda l-karriera tiegħu ma’ Bologna u lagħab ma’ diversi timijiet, fosthom, Spezia, Palermo, Wolfsburg, Parma, Milan, Carpi u s-sena l-oħra lagħab mat-tim tas-serie B Vicenza.