Lokali

Raġel jittajjar minn karozza f’Ħal Lija

Raġel isofri ġrieħi gravi wara li lbieraħ filgħaxija ttajjar minn karozza f’Ħal Lija.

L-inċident tat-traffiku seħħ għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħaxija, fi Triq il-Mosta f’Ħal Lija.

Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija rriżulta li r-raġel ta’ 67 sena u joqgħod Ħal Lija stess għal xi raġuni ntlaqat minn vettura tat-tip Honda Civic li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 52 sena li joqgħod il-Mosta.

Fuq il-post issejħet ambulanza, li ħadet lir-raġel li ntlaqat mill-karozza lejn l-Isptar Mater għall-kura, fejn hemmhekk ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.