– Beppe Fenech Adami, il-Viċi-Kap tal-PN għall-Affarijiet tal-Partit
Il-Viċi-Kap tal-PN għall-Affarijiet tal-Partit Beppe Fenech Adami qal li l-Att li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika ma joffrix skrutinju effettiv tal-karigi pubbliċi anzi joffri biss skruitnju ristrett u mhux effettiv.
Fil-Parlament Beppe Fenech Adami qal li din hi liġi li titratta l-kontabbiltà fil-ħatriet pubblika iżda din il-liġi taparsi tagħti poter ta’ skurtinju minħabba li dan hu minimu, mhux effettiv u jħalli lill-Gvern jibqa’ jagħmel li jrid fil-ħatriet pubbliċi. Hu qal li din hi liġi li trid tkun ikkunsidrata fil-kuntest tal-mod kif il-Gvern poġġa lin-nies tiegħu kullimkien u warrab li dawk li ried.
Issa li kulħadd hu maħtur u l-Laburisti inqdew, l-gvern issa qed jgħid li jrid jibda jiskrutinja. L-Oppożizzjoni m’hix se tappoġġja liġi li ma tilħaq l-iskopijiet tagħha u l-Gvern mhux se jirnexxielu jitma’ r-ross bil-labra lill-Oppożizzjoni.
Beppe Fenech Adami semma’ l-Korp tal-Pulizija u l-mod kif il-Gvern mill-ewwel tajjar lill-Kummissarju li kellu fiduċja fih kulħadd biex illum il-pajjiż għandu Kummissarju li abdika mir-responsabbiltajiet tiegħu. Il-Kummissarju naqas li jieħu passi anki kontra ministiri li fuhqom hemm indizji serji ta’ korruzzjoni. L-Oppożizzjoni hi determinata li tkompli din il-;lieda.
Il-Gvern beda wkoll jiddomina l-Forzi Armati Maltin biex illum din hi mmexxija minn uffiċjali li ngħataw promozzjonijiet li ma kinx ħaqqhom biex dawn illum jokkupaw karigi ogħlja fl-Armata. Dawn qed jagħmlu ħniżrijiet fejn ingħataw aktar minn 885 promozzjoni fi 33 ġurnat qabel l-aħħar elezzjoni.
Beppe Fenech Adami qal li l-iskrutinju li tipprovdi l-liġi hu ristrett, limitat u mhux effettiv għaliex l-ogħla karigi tal-pajjiż ma jaqgħux taħt din il-liġi. Il-kumitat li se jiskrutnju se jkollu tliet membri tal-Gvern u tnejn tal-Oppożizzjoni u għalhekk l-Opożizzjoni mhuxe jkollha leħen, lanqas biex tlaqqa’ l-kumitat.
Hu qal li fl-UE jkun hemm grilling korrett u tajjeb tal-persuni iżda l-Gvern f’Malta qed jagħmel biss slow cooking! irrimarka Fenech Adami, li spjega kif il-liġi qed tipproponi li l-mistoqsijiet isiru bil-miktub lill-ministru biex dan jgħaddihom lill-persuna appuntata. Din hi wkoll liġi li tapplikax għal min ikun se jerġa’ jkun appuntat. Għalhekk l-Oppożizzjoni ma tista’ taqbel ma’ idn il-liġi u jekk ma jsirux l-emendi, l-Oppożizzjoni se tivvota kontra, sostna Beppe Fenech Adami.
//= $special ?>

