Lokali

Titjiriet jingħataw struzzjonijiet jinżlu Palermo minflok fl-MIA

Numru ta’ titjiriet li kien skedati jinżlu Malta bejn id-9a.m. u l-10:30a.m. dalgħodu ngħataw struzzjonijiet jinżlu fl-Ajruport ta’ Palermo.

It-titjiriet affettwati kienu ġejjin minn Amsterdam, Niederrhein u Warsaw.

Sa issa mhux magħruf għaliex it-titjiriet ingħataw struzzjonijiet biex ma’ jinżlux fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, iżda mhux eskluż li r-raġuni hija minħabba l-maltemp li qed jaħkem il-ġżejjer Maltin.

Nhar it-Tnejn li għadda numru ta’ titjiriet telqu tard jew niżlu fl-ajruport ta’ Palermo wara li sajjetta laqtet l-ajruport u kkawżat ħsarat.