Il-ġid li jinħoloq mill-ekonomija u li jrid jasal għand l-aktar batut, il-faqar, il-problema tal-kirjiet għoljin, kienu s-suġġetti diskussi ma’ Charles Miceli mill-Alleanza ta’ kontra l-Faqar, waqt il-programm Bejn Tnejn ippreżentat minn Louise Tedesco.
Charles Miceli spjega li billi ngħid li l-GDP, l-prodott domestiku gross, jikber dan ikun tajjeb għall-kumpaniji, għaliex xorta jibqa’ jkun hawn nies li m’għandhomx fejn joqogħdu jew li ma jlaħħqux mal-ispejjeż tal-ħajja. Spjega kif hu jżomm kuntatt ma’ Dar Papa Franġisku li tgħin li min m’għandux fejn jorqod. Hawn spjega kif minhabba l-finanzi, hemm min isibha diffiċli joħroġ minn shelter u jintegra mal-bqija tas-soċjeta’.
Meta mistoqsi dwar il-problema tal-kirjiet, Charles Miceli qal li din hi problema kumplessa u hemm bżonn l-intervent tal-gvern biex jinħoloq bilanċ. Mistoqsi wkoll jekk il-faqar jinteritx minn ġenerazzjoni għal oħra Charles Miceli qal li iva u li wasalna fi żmien fejn irridu ngħidu oħroġni mill-faqar biex neduka ruħi meta qabel konna ngħidu edukani biex ma naqax fil-faqar.
//= $special ?>