L-Awtorità tal-Ippjanar approvat proġett ta’ dar ġdida għal terapija fil-komunità għal persuni bi problemi ta’ drogi f’żona ODZ fejn kien hemm razzett antik u tradizzjonali Malti f’Ta’Kandja, s-Siġġiewi.
Id-Direttur tal-Caritas Leonid McKay spjega li din id-dar tgħin persuni taħt it-18-il sena bi problemi tad-droga li jkollhom bżonn kura. Il-post hu wieħed kwiet f’ambjent naturali biex jassigura terapija meħtieġa ta’ riabilitazzjoni.
Il-proġett jinkludi t-twaqqigħ tar-razzett fi Triq l-Imqabba f’Ta’ Kandja u l-bini ta’ ċentru ta’ terapija ta’ żewġ sulari li jinkludu żona amministrattiva, 10 kmamar tas-sodda, kmamar komuni u kamra għas-snajja.
Ħdejn dan il-kumpless se jsir ground tal-football, postijiet fejn jinżamu l-annimali u żona agrikola biex iservu bħala parti mill-proċess taż terapija lir-esidenti.
Iċ-Chairman tal-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) Victor Axiak qal li minkejja li l-proġett jinsab f’żona ‘l barra minn dik ta’ żvilupp, l-Awtorità kkonkludiet li minħabba n-natra tal-proġett l-effett fuq l-ambjent għadhom ikunu ikkunsidrati.
Is-Sindku tas-Siġġiewi Alessia Psaila Zammit ukoll esprimiet dan it-tħassib. Il-membri tal-bord imponew kundizzjoni li l-bini għandu jitwaqqa’ jekk ma jibqax jntuża bħala żentru ta’ terapija.
Din l-Art Ħelwa oġġezzjonat għal dan il-bini f’żona ODZ għax kien se jitwaqqa’ bini tradizzjonali u flok jinbena bini ikbar mifrux fuq 4,600 metru kwadru.
//= $special ?>