Lokali

Avviż dwar gallettini tat-tfal li m’għandhomx ikunu kkunsmati

Gallettini tat-tfal bil-konċentrat tat-tuffieħ, bl-isem BISKids u prodotti minn Belkorn, m’għandhomx ikunu kkunsmati minħabba li nstab li kellhom livelli għoljin ta’ ‘acrylamide’.

Dan ħareġ minn Avviż mid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali, skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea.

Id-Direttorat qal li kien infurmat b’dan mis-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf.

Id-Direttorat kompla li l-kumpanija involuta ddikjarat li parti mill-kunsinja laħqet inbigħet u għalhekk, id-Direttorat kellu l-obbligu li jiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku.