Għawdex Lokali

Ċentru Kummerċjali Ġdid għaż-Żona Industrijali tax-Xewkija

Ċentru kummerċjali ġdid b’funzjonijiet diversi fiż-Żona Industrijali tax-Xewkija, Għawdex , ġie approvat mill-Bord tal-Ippjanar iktar kmieni llum. Dan iċ-ċentru se jieħu post l-impjant tal-ipproċessar l-antik tal-‘Malta Diary Milk’ u għandu jiġġenera opportunitajiet ġodda ta’ xogħol f’ Għawdex fiż-żmien li ġej.

Filwaqt li l-impjant tal-ipproċessar l-antik se jitwaqqa’, il-blokk amministrattiv tal-impjant l-antik, li hija binja Modernista mħarsa tas-snin 50, se  jiġi rrestawrat biex jospita l-uffiċjini, il-kmamar tal-konferenzi u faċilitajiet anċillari. Taħt iċ-ċentru kummerċjali se tinbena faċilità tal-parkeġġ li tesa 60 karrozza.

Fi żvilupp ieħor, iż-Zoo ‘L-Arka ta’ Noe’, fil-limiti tas-Siġġiewi, ingħata l-permess li jopera iżda ġie ssanzjonat €50,000. Sabiex titħallas din il-multa, il-Bord tal-Ippjanar rabat lill-applikant biex jilħaq ftehim mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni u joffri żjara edukattivi b’xejn lill-iskejjel b’valur ta’ €50,000 bħala responsabbiltà soċjali.